Saturday, May 18, 2024

Boris Johnson iwiegħed li se jkun qed jagħti s-sapport kollu biex l-iskejjel jiftħu kemm jista’ jkun malajr

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Tar-Renju Unit Boris Johnson saħaq li l-ġenituri u l-għalliema għandhom jippreparaw għall-fażi li jmiss li hemm tistenna lill-pajjiż f’din il-mixja kontra l-pandemija.

Huwa qal li l-gvern biħsiebu jiftaħ l-iskejjel mill-1 ta’ Ġunju biex ikun jista’ jilqa’ tfal tal-ewwel snin bejn l-ewwel u s-sitt sena.

15 wara se jkunu qed jiżdiedu ma’ dawn mal-kwart ta’ dawn bejn l-10 sena u t-12-il sena li se jitħallew “jagħmlu xi kuntatt” biex ikunu jistgħu jħejju għall-eżamijiet.

L-iskejjel kollha għajr xi eċċezzjonijiet għalqu fl-20 ta’ Marzu minħabba t-tixrid tal-Covid-19.

Minħabba tħassib ta’ numru ta’ għalliema rigward l-estensjoni tal-ftuħ tal-iskejjel, Johnson qal li jista’ ma jagħti l-każ li ma jkunx possibbli li jinfetħu l-iskejjel kollha u żied jgħid li l-gvern se jkun qed jagħti s-sapport kollu tiegħu lil dawk li se jkunu qed jesperjenzaw diffikultajiet biex jiftħu kemm jista’ jkun malajr. 

Sport