Sunday, November 10, 2024

Issir il-Laqgħa Ġeneral Annwali tal-MAFA

Aqra wkoll

L-Erbgħa filgħaxija saret il-laqgħa ġenerali annwali tal-MAFA fit-Trophies Lounge f’Ta’ Qali. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm it-tmexxija ta’ din l-assoċjazzjoni flimkien ma’ Joe Micallef bħala rappreżentant tal-MFA.
Salvu Borg se jkun il-president il-ġdid tal-MAFA wara li l-predeċessur tiegħu Twanny Agius iddeċieda li ma jerġax jikkontesta għal din il-kariga. B’hekk hu ġie maħtur bħala president onorarju b’vot unanimu.

F’kelmtejn tal-okkażjoni, Agius irringrazzja lill-klabbs kollha involuti fejn f’dawn l-aħħar 23 sena dejjem sab il-koperazzjoni meħtieġa min-naħa tagħhom.

Il-president il-ġdid Salvu Borg qal li lest li jkompli fuq il-passi ta’ Twanny Agius u sostna li jrid ikompli jaħdem viċin il-klabbs sabiex din l-assoċjazzjoni tkompli fuq il-progress li sar dan l-aħħar.

Is-segretarju ġenerali tal-MAFA David Abdilla qal li fl-istaġun li ġej se jiżdiedu erba’ timijiet ġodda u dawn huma Ħamrun Amateurs, Gżira United SC, Attard Edex Kings u St Andrews Luxol B b’tim ieħor li jrid jiġi approvat. B’hekk se jkun hemm 24 tim maqsuma fi tliet diviżjonijiet.

Sport