Saturday, May 4, 2024

Żewġ Maltin qed jieħdu sehem fil-Kampjonat Dinji tal-għawm artistiku

Aqra wkoll

Għall-ewwel darba fl-istorja żewġ atleti Maltin, Thea Blake u Ana Culic, se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fid-19-il Kampjonat Dinji FINA tal-Għawm Artistiku bejn is-17 u l-25 ta’ Ġunju f’Budapest, l-Ungerija.

Huma qed jkunu akkumpanjati mill-Kowċ Nazzjonali Michelle Hubner u l-assistenta tagħha Hannah Preca Trapani.

L-atleti se jkunu qed jikkompetu fl-avvenimenti Solo u Duet. L-iskeda tal-avvenimenti tagħhom hija dettaljata hawn taħt: –

17 ta’ Ġunju09:00 Preliminari Tekniku Solo – Ana Culic (it-tielet atleta)  
 13:00 Dwett Tekniku Preliminari Grupp B – Thea Blake u Ana Culic (id-9 par)  
20 ta’ Ġunju09:00 Solo Free Preliminari – Ana Culic (ir-4 Bidu)  
21 ta’ Ġunju09:00 Duet Free Grupp Preliminari B – Thea Blake u Ana Culic (29 Par)  

Il-Kampjonati ser jkunu qedin jintwerew fuq https://swimmingtv.live/ Joe Caruana Curran, President tal-ASA, ukoll ser jkun preżenti ġewwa Budapest jattendi l-Kungressi tal-FINA u l-COMEN.

Sport