Friday, December 13, 2024

It-12-il club tal-Premier se jieħdu €2.356m f’fondi ta’ solidarjetá mill-UEFA

Aqra wkoll

It-12-il club membri tal-Malta Premier League se jkunu qed jircievu €2,356,000 bħala fondi ta’ solidarjeta’ mill-UEFA għall-istaġun 2024 / 25.

Dan jammonta għal €196,333 għal kull club u huwa l-ogħla ammont li qatt wasal għand clubs Maltin.  Il-UEFA daħħlet ukoll regoli ġodda dwar kif jiġu amministrati dawn il-flus, anki fuq talba ta’ diversi leagues, fosthom il-Malta Premier League.

Il-clubs qed jaqblu li jagħtu s-somma ta’ €293,400 (€24,450 minn kull club tal-Premier) biex jinqasmu indaqs bejn il-clubs tac-Challenge League matul dan l-istaġun bħala Solidarjeta’.  Dan jammonta għal 12.5% tas-somma li se jirċievu l-clubs tal-Malta Premier, li hija kważi l-massimu permessibbli biex jitqassmu mill-UEFA.

Il-Malta Premier League b’hekk qed turi bil-fatti li temmen fis-solidarjeta’ u li trid tgħin l-iżvilupp tal-football Malti. Is-suċċess tal-Malta Premier ikun ta’ ġid għal kulħadd.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport