Friday, December 13, 2024

It-18 t’April huwa l-Jum Dinji għall-Wirt Storiku

Aqra wkoll

Illum huwa l-Jum Dinji għall-Wirt Storiku. Il-Jum Dinji għall-Monumenti u s-Siti Storiċi kien propost mill-Kunsill Internazzjonali tal-Monumenti u s-Siti (ICOMOS) fit-18 t’April tal-1982 u sena wara kien approvat mill-Assemblea Ġenerali tal-UNESCO.

L-għan ta’ din il-ġurnata huwa sabiex tinħoloq kuxjenza dwar il-wirt kulturali li nsibu madwarna.

Malta meta mqabbla ma’ pajjiżi ferm ikbar minnha, hija pjuttost sinjura f’dak li hu valur storiku u kulturali. Il-UNESCO rrikonoxxiet tliet postijiet f’Malta bħala parti mis-siti ta’ wirt storiku internazzjonali: l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, il-Belt Valletta u t-Tempji Megalitiċi.

Kif kien imħabbar ftit tal-ġranet ilu, illum il-Heritage Malta fetħet diversi siti u mużewijiet li s-soltu jinżammu magħluqin nhar ta’ Tnejn.

Ekonomija

Sport