Friday, November 22, 2024

It-Tajwan jibda jamministra tilqima tal-Covid-19 żviluppata lokalment

Aqra wkoll

It-Tajwan beda jamministra tilqima tal-Covid-19 li ġiet żviluppata lokalment, dan fl-isfond ta’ kritika minħabba li l-approvazzjoni tagħha kienet waħda mgħaġġla. 

Ix-xahar li għadda l-Ministru tas-Saħħa tal-pajjiż awtorizza l-użu b’emerġenza tal-vaċċin Medigen u dan minkejja li t-testijiet kliniċi għadhom mhux kompluti. L-isforzi tat-Tajwan f’dak li huwa tilqim ġew imxekkla minħabba d-de­wmien fit-twassil tad-dożi minn barra kif ukoll minħabba l-eżitazzjoni min-naħa tal-pop­lu. Minħabba din tal-aħħar, il-President Tsai Ing-wen ħadet t-tilqima Medigen quddiem il-
mid­ja

It-tilqima Medigen ġiet żviluppata minn Medigen Vaccine Biologics Corp u minkejja l-approvazzjoni, din għadha trid tgħaddi mit-tielet fażi ta’ testijiet. Il-kumpanija qalet li ma hemm l-ebda tħassib dwar is-sigurtà ta’ din it-tilqima. Ir-rawnd finali tat-testijiet mistenni li jkun komplut aktar tard din is-sena hekk kif fil-preżent għadhom għaddejjin it-testijiet ġewwa l-Paragwaj. 

Sport