Friday, December 20, 2024

It-Talibani jgħidu li n-nisa jistgħu jistudjaw fl-università iżda l-klassijiet għandhom jiġu segregati

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

It-Talibani qalu li l-universitajiet Afgani se jiġu segregati skont is-sess, filwaqt li se jiġi introdott kodiċi ġdid tal-ilbies Iżlamiku.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Abdul Baqi Haqqani indika li n-nisa jitħallew jistudjaw, iżda mhux flimkien mal-irġiel. Huwa ħabbar ukoll reviżjoni tas-suġġetti mgħallma.

In-nisa u l-bniet kienu ġew ipprojbiti mill-iskejjel u l-universitajiet taħt it-tmexxija tat-Taliban bejn l-1996 u l-2001.

It-Taliban qalu li mhux se jimpedixxu lin-nisa milli jedukaw ruħhom jew milli ikollhom impjiegi. Iżda minn meta ħatfu l-kontroll fil-15 ta’ Awwissu, talbu lin-nisa kollha, ħlief dawk fis-settur tas-saħħa pubblika, biex jibqgħu ‘l bogħod mix-xogħol, sakemm is-sitwazzjoni tas-sigurtà titjieb.

Il-politika dwar l-edukazzjoni tħabbret ġurnata wara li t-Talibani tellgħu l-bandiera tagħhom fuq il-palazz presidenzjali li jfisser l-bidu tal-amministrazzjoni tagħhom.

Il-politika timmarka bidla sinifikanti mill-prattika ta’ qabel ma’ t-Talibani ħadu l-kontroll. Sa dak iż-żmien l-irġiel u n-nisa kienu jistudjaw ħdejn xulxin fl-università, u l-istudenti nisa ma kellhomx jimxu ma’ kodiċi tal-ilbies.

Xi wħud qalu li r-regoli l-ġodda se jeskludu lin-nisa mill-edukazzjoni minħabba li l-universitajiet m’għandhomx ir-riżorsi biex jipprovdu klassijiet separati. Madankollu, Haqqani insista li hemm biżżejjed għalliema nisa u li fejn mhumiex disponibbli jinstabu alternattivi. Huwa ma eskludix li f’dak il-każ jintużaw għalliema irġiel li jgħallmu minn wara purtiera jew tintuża t-teknoloġija.

Ekonomija

Sport