Tuesday, April 30, 2024

Il-GP tal-Italja karatterizzat mill-ħabta bejn Hamilton u Verstappen

Aqra wkoll

Ħabta drammatika bejn il-protagonisti tat-titlu, il-Britannku Lewis Hamilton (Mercedes) u l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) li kawża tagħha ż-żewġ sewwieqa kellhom jirtiraw mill-Grand Prix tal-Italja li sar fiċ-ċirkwit ta’ Monza, wittiet it-triq għall-Awstraljan Daniel Ricciardo biex jirreġistra rebħa sensazzjonali biex b’hekk ta lit-team tal-McLaren l-ewwel rebħa mill-Grand Prix tal-Brażil, fl-2012 – bil-kollega tiegħu, il-Britanniku Lando Norris itemm fit-tieni pożizzjoni filwaqt li l-Finlandiż Valtteri Bottas (Mercedes) spiċċa fit-tielet post.

Il-“famuża” ħabta seħħett fis-26 dawra (minn 53) meta Hamilton kien ħiereġ mill-pitlane … għamel kuntatt ma’ Verstappen, b’dan tal-aħħar itir  fl-ajru u ġie jistrieħ fuq il-karozza misjuqa mill-Britanniku.

Fortunatament, iż-żewġ sewwieqa ma weġġgħux, iżda kellhom jirtiraw , fejn ġew stabbiliti stewards biex jinvestigaw dan il-każ wara l-Grand Prix.

Ricciardo rebaħ din it-tellieqa b’mod mill-aktar meritat fejn  qabeż lil Verstappen fil-bidu ta’ din it-tiġirija u baqa’ jżomm il-vantaġġ.

Naturalment l-aċċident bejn iż-żewġ rivali għall-isfida tat-titlu, kompla jsaħħaħ iċ-ċansijiet għall-Awstraljan biex jirbaħ dan il-Grand Prix li kien it-tmiem suċċess tal-karriera tiegħu.

Norris aċċerta l-aħjar riżultat fil-karriera tiegħu, wara li McLaren kienu nfurmawh biex iżomm post wara l-kollega tiegħu fl-aħħar mumenti tal-Grand Prix.

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) u l-Messikan Sergio Perez (Red Bull) temmew fir-raba’ u fil-ħames postijiet rispettivament.

Biż-żewġ punti li Verstappen kiseb fil-provi uffiċjali, issa għandu ħames punti vantaġġ fuq Hamilton bil-klassifika taqra:

226.5 – Max Verstappen; 221.5 – Lewis Hamilton; 141 – Valtteri Bottas; 132 – Lando Norris; 118 – Sergio Perez; 104 – Charles Leclerc; 97.5 – Carlos Sainz Jr; 83 – Daniel Ricciardo; 66 – Pierre Gasly; 50 – Fernando Alonso; 45 – Esteban Ocon; 35 – Sebastian Vettel; 24 – Lance Stroll.

Sport