Tuesday, April 16, 2024

Ir-reliġjon u d-deċiżjonijiet f’ħajtek

Aktar minn 50% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ qalu li jikkunsidraw ħafna r-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin. Terz tal-parteċipanti ma jikkunsidrawx daqshekk ir-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin.

In-nisa (63.2%) jikkunsidraw ħafna iktar ir-reliġjon mill-irġiel (44.9%) meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin. In-nies li wieġbu għal dan l-istħarriġ u għandhom l-inqas livell ta’ edukazzjoni huma l-aktar li jikkunsidraw ir-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet (73.1%), waqt li 14.3% ta’ dawk li jħallsu l-ogħla taxxa ta’ dħul jikkunsidraw ħafna r-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin.

Ekonomija

Aqra Wkoll