Saturday, December 21, 2024

It-Talibani jħabbru gvern proviżorju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-Talibani ħabbru gvern proviżorju fl-Afganistan u ddikjaraw il-pajjiż bħala “Emirat Iżlamiku”.

Dan il-gvern se jkun immexxi minn Mullah Mohammad Hassan Akhund; wieħed mill-fundaturi talmoviment li jinsab fuq il-lista s-sewda tan-Nazzjonijiet Uniti.

Il-Ministru għall-Intern se jkun il-mexxej tal-militanti tal-grupp Haqqani; bniedem imfittex mill-FBI.

It-Talibani ħadu l-kontroll tal-biċċa l-kbira tal-pajjiż fil-15 t’Awwissu li għadda.

It-tħabbir ta’ dan il-Kabinett Proviżorju huwa pass kruċjali lejn il-formazzjoni tal-gvern Taliban.

Aktar qabel it-Talibani qalu li riedu jiffurmaw gvern inklussiv, iżda l-Kabinett mħabbar illum huwa ffurmat minn mexxejja Talibani magħrufa.

Il-Prim Ministru l-ġdid kien iservi bħala Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin bejn l-1996 u l-2001; l-aħħar perjodu tat-Talibani fit-Tmexxija.

Ekonomija

Sport