Għal xi wħud jistgħu jdarrsu. Xi wħud jikkonsidrawhom bħala tgħajjir u botti. Ħafna oħrajn ikunu qegħdin jistennewhom. Ħafna minnhom l-istess minn sena għas-sena. Xi drabi d-differenza bejn raħal u ieħor tkun l-isem tal-post jew tal-qaddis. Dawn huma it-taqbiliet fil-festi tagħna.
Dawn aktarx ikun taqbiliet li intirtu minn ġenerazzjoni għal oħra. Ikun hemm oħrajn li jiġu mfasslin jiem jew ġimgħat qabel il-festa. Taqbil li jsir f’marċi magħrufa bħal tal-briju, jew inkella quddiem l-istatwi b’mod partikolari meta dik l-istess vara tasal quddiem il-każin tal-partit tal-festa l-oħra fl-istess raħal. Taqbil, li ma ssibux waqt il-marċ kollu iżda jibda jingħad meta l-marċ ikun laħaq il-qofol tiegħu u meta l-partitarji jkunu quddiem ilkażin tal-festa l-oħra.
Ikunu mumenti fejn il-marċ idum ammont ta’ ħin wieqaf. Daqqa nofsiegħa. Xi drabi oħra tliet kwarti. U jkun f’dan il-ħin fejn żgħażagħ u adulti, irġiel u nisa, jintrefgħu fuq l-ispallejn u jgħidu t-taqbil. Xi drabi dan ikun tifħir lil Padrun jew lil qaddis li tiegħu tkun qiegħda tiġi ċċebrata l-festa.
Xi drabi oħra dan it-taqbil, ikun botti jew kummenti dwar x’mar ħażin jew x’seta’ mar aħjar fil-festa loħra. Bejn is-sena li għaddiet u fil-festi li ġew organizzati sa issa, segwejna għadd ta’ marċi fi rħula diversi b’mod partikolari dawk li jsiru fl-aħħar
tridu, fejn hemmhekk jilħqu l-qofol tagħhom dawn ittaqbiliet. It-taqbiliet jieħdu diversi forom Dawn it-taqbiliet ivarjaw sew minn post għal ieħor. F’xi irħula u anke bliet kbar, minkejja festi b’saħħithom din it-tradizzjoni tat-taqbil ma teżistix. Insibuha b’saħ ħitha sew f’irħula fin-nofsinhar tal-pajjiż, u anke f’posti jiet bħal Ħaż-Żebbuġ u r-Rabat.
It-taqbil xi drabi jieħu diversi forom fosthom forma ta’ poeżija ċkejkna. Fil-fatt spiss naraw li t-taqbil ikun kwartina. Ikun hemm taqbil ukoll li jkun kantat. Dan ovvjament jiddependi mill-post fejn tkun qed issir il-festa. Ara rapport sħiħ fil-ħarġa ta’ IT-TORĊA ta’ għada.









