Friday, April 19, 2024

It-team Malti tal-għawm ikompli jistabbillixi rekords f’Kazan

Aqra wkoll

Waqt is-sessjoni ta’ filgħodu tal-ħames jum tal-Kampjonati Ewropej tal-Għawm Short Course li qed isiru f’Kazan, ir-Russja, it-tliet għawwiema Maltin waqqfu rekords fil-kompetizzjonijiet rispettivi tagħhom.

Sasha Gatt ikkompetiet fil-200m Freestyle. Il-ħin tagħha ta’ 02:03.69 għeleb ir-rekord preċedenti stabbilit minn Mya Azzopardi (02:03.91) fi Frosinone f’Novembru 2019

Thomas Wareing ħa sehem fil-100m Medley. Il-ħin tiegħu ta’ 00:57.23 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ 00:58.53 stabbilit minn Mikhail Umnov f’Zagreb f’Novembru 2017.

Fil-kompetizzjoni tat-800m freestyle il-ħin ta’ Dylan Cachia ta’ 08:11.85 għeleb ir-rekord preċedenti ta’ Neil Agius ta’ 08:44.20 li ġie stabbilit f’Ottubru 2009 fl-Ingilterra.

Għada l-Ħadd 7 ta’ Novembru jirritornaw fl-azzjoni għawwiema Sasha Gatt li se tikkompeti fl-400m Freestyle u Thomas Wareing se jieħu sehem fl-400m Medley Individwali.

Sport