Friday, April 19, 2024

Wasal it-tmiem ta’ Solskjaer ma’ Manchester United?

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, is-Citizens rebħu d-derby ta’ Manchester meta marru f’Old Trafford u għelbu lill-United bl-iskor ta’ 2-0 biex komplew jesponu l-kriżi tar-Red Devils u kompliet tikber il-pressjoni fuq il-manager Ole Gunnar Solskjaer li jinsab ferm viċin li jiġi mkeċċi mill-kariga tiegħu. 

Jidher li t-tmexxija ta’ Solskjaer waslet fi tmiemha hekk kif il-United jibdew għal tfittxija ta’ mana­ger ġdid wara li Tottenham Hotspur “serqu” li Antonio Conte ftit tal-jiem ilu hekk kif kollox kien qed jindika li l-coach Taljan wera x-xewq li jmur f’Old Trafford.

Intant, iż-żewġ goals waslu fl-ewwel taqsima minn auto-goal ta’ Eric Bailly (7) u Bernardo Silva (45).

Sport