Thursday, April 25, 2024

It-Team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt id-19-il sena jegħleb lir-Repubblika Ċeka

Aqra wkoll

It-Team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt id-19-il sena rebaħ it-tieni logħba tiegħu fi Grupp A tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN 2022 b’rebħa ta’ 13-9 kontra r-Republika Ċeka. f’Podgorica fil-Montenegro.

Permezz ta’ din ir-rebħa, il-Maltin għandhom tliet punti fil-klassifika wara li kienu tilfu l-ewwel logħba kontra Spanja.

Il-Maltin rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 waqt li fit-tieni u tielet sessjoni trijonfaw bl-iskor ta’ 3-1. Dan sabiex fl-aħħar sessjoni ċ-Ċeki għamlu minn kollox biex almenu jiksbu riżultat ta’ draw meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-4, iżda l-Maltin żammew sod u finalment kienu huma li kisbu rebħa meritata.

Għall-Maltin spikkaw ferm il-players Jake Bonavia u Jake Cachia li rreġistraw hat-trick personalii. Dan filwaqt li Sam Gialanze, Gianni Farrugia u Jayden Cutajar skorjaw żewġ goals kull wieħed b’Alec Fenech jiskorja l-goal l-ieħor.

Għada Malta tilgħab l-aħħar logħba kontra l-Olanda fl-4.20pm, fejn min jirbaħ itemm fit-tieni post tal-klassifika ta’ Grupp A, li jista’ jfisser kwalifikazzjoni diretta għall-kwarti tal-finali.

Sport