Wednesday, April 24, 2024

Puerto Rico jispiċċa mingħajr provvista tal-elettriku kawża tal-Uragan Fiona

Aqra wkoll

L-Uragan Fiona laqat b’saħħa lill-gżira Amerikana ta’ Puerto Rico tant li s-sistema tal-elettriku kollha tal-pajjiż waqfet tiffunzjona. Fl-aħħar sigħat kien irrapportat li l-provvitsa tal-elettriku f’ċertu partijiet tal-gżira ġiet lura għan-normal, iżda l-awtoritajiet qalu li partijiet oħrajn se jdumu jiem mingħajr elettriku. L-Uragan Fiona kkawża riħ ta’ 140 kilometru fis-siegħa. 

Kawża ta’ din il-maltempatata ta’ Kategorija 1, il-President Joe Biden iddikjara stat ta’ emerġenza ġewwa din il-gżira. 

Dan il-maltemp qalil wassal biex it-titjiriet kollha mill-ajruport ewlieni jiġu kkanċellati filwaqt li għadd ta’ toroq, highways u pontijiet ġewwa Utuado ġew magħluqin. Il-Gvernatur ta’ Puerto Rico qal li għall-jiem li ġejjin l-iskejjel u aġenziji tal-gvern se jkunu magħluqin filwaqt li ħeġġeġ lir-residenti biex ifittxu kenn malajr kemm jista’ jkun. 

L-Urugan Fiona laqat lil Puerto Rico ħames snin wara l-Uragan Maria – li kien l-agħar wieħed li qatt laqat lil din il-gżira hekk kif ikkawża ħsarat kbar. Il-ħsarat ikkawżati mill-Uragan Maria għadhom evidenti sal-lum fejn fost l-oħrajn is-sistema tal-elettriku għadha waħda dgħajfa ħafna tant li l-qtugħ tad-dawl tista’ tgħid li saret ħaġa ta’ kuljum. 

Sport