Sunday, December 22, 2024

It-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena b’żewġ impenji kontra l-Albanija

Aqra wkoll

Qed jiżdiedu l-preparamenti tat-team nazzjonali Malti ta’ Taħt id-19-il sena qabel il-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li se ssir proprju f’pajjiżna bejn it-3 u s-16 ta’ Lulju.

Il-Maltin se jkunu impenjati f’żewġ partiti ta’ ħbiberija din il-ġimgħa fejn se jospitaw lill-Albanija f’pajjiżna.

L-ewwel partita se tintlagħab il-Ħamis, fil-Gozo Stadium, fil-11.30 am, filwaqt li t-tieni konfront se jintlagħab il-Ħadd li ġej, f’Tony Bezzina Stadium, fl-istess ħin.

Il-coach, Antonio Jose Cardoso Mendes, u l-assistent tiegħu, Stefano Grima, għażlu skwadra ta’ 22 player.

L-iskwadra tinkludi seba’ players li qed jiżviluppaw il-karriera tagħhom lil hinn minn xtutna, tnejn minnhom jilagħbu fil-Portugall ma’ Boavista, u players oħra li ġejjin minn clubs prominenti bħal Sampdoria u Wolves.

L-iskwarda msejħa hija:

Goalkeepers: Karl Sargent (Birkirkara), Luca Camilleri (Mosta).

Difensuri: Sven Xerri (Hamrun S.), Jake Vassallo (Mosta), Ivin Farrugia (Pietá H.), Deacon Abela (Swieqi U.), Braden Flannery (UNLV),

Midfielders: Jake Grech, Benjamin Hili (Balzan), Matteo Gambin (Birkirkara), Jake Micallef (Boavista), Andy Borg, Brooklyn Borg (Gzira U.), Bjorn Buhagiar (Hamrun S.), Lucas Caruana (Sampdoria), Tristan Viviani (San Diego UN), Lucas Scicluna (Wolves),  

Attakkanti:  Nathan Cross (Birkirkara), Alfie Bridgman (Bognor Regis), Sean Gatt (Boavista), Kian Leonardi (Pietá H.), Zak Barbara (Valletta)

Ekonomija

Sport