Monday, November 4, 2024

It-team nazzjonali tal-Futsal U/17 imur il-Kroazja għal tournament ta’ ħbiberija

Aqra wkoll

It-team nazzjonali tal-Futsal ta’ Taħt is-17-il sena, telaq lejn il-Kroazja biex jilgħab f’tournament internazzjonali ta’ ħbiberija fil-bet ta’ Porec. 

Dan it-tournament se  jservi bħala preparazzjoni għal dan il-grupp ta’ players bil-għan li jgħollu l-livelli internazzjonali tagħhom, jesperjenzaw aktar ħin tal-logħob, itejbu l-ħiliet tagħhom u jikbru wkoll mentalment u fiżikament biex ikunu fil-forma ġusta għar-round preliminari tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena li se jsir f’Jannar 2025.

L-ewwel konfront se jkun kontra s-Slovenja biex imbagħad, nhar il-Ġimgħa, it-team Malti jaffronta lill-Kroazja. 

L-aħħar konfront jintlagħab, nhar is-Sibt li ġej, kontra t-team qawwi tal-Portugall. 

Għal dan it-tournament, il-coach Carlo Scicluna għażel skwadra ta’ 16-il player.

Il-lista tinkludi lil:

Jacob Agius, Gary Owen Agius, Tristan Redeemer Camilleri (San Ġwann), Andrey Attard, Yamin Pace, Isaac Vella (Birkirkara), Warren Vella (Mellieha), Essien Borg, Brave Azzopardi (Hamrun S.), Vladimir Celic (Balzan), Russell Borg, Maximillian Tomassuolo (Sliema W.),  Zven Cortis, Akeem Pace (Mosta),   Xylon Mercieca (Pietá H.), Samuel Christoph Abela (Naxxar L.).

Sport