Sunday, October 27, 2024

It-terremot fil-Haiti: In-numru ta’ persuni mejta jitilgħu għal kważi 2,000

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ persuni mejta kaġun tat-terremot li laqat lil Haiti s-Sibt li għadda telgħu għal kważi 2,000. Madwar 10,000 persuna oħra sofrew xi ġrieħi u ħafna oħrajn għadhom irrappurtati nieqsu wara t-terremot ta’ 7.2 fuq l-iskala Richter.

Il-ħidma ta’ salvataġġ qiegħda ssir dejjem iktar diffiċli hekk kif it-tempesta tropikali Grace bdiet taħkem lil dan il-pajjiż li wasslet għal ammont kbir ta’ xita. 

Il-Ġnus Magħquda qiegħda tgħid li madwar nofs miljun tifel u tifla issa għandhom aċċess limitat jew m’għandhom l-ebda aċċess għal kenn, ikel jew ilma sikur.

“Għadd ta’ familji fil-Haiti tilfu kollox minħabba t-terremot. Dawn issa qed jgħixu litteralment b’saqajhom fl-ilma minħabba l-għarar,” qal Bruno Maes, rappreżentant tal-Fond tal-Ġnus Magħquda għat-Tfal fil-pajjiż.

Sport