Sunday, December 22, 2024

It-tewmin imwielda ta’ 22 ġimgħa jinħarġu mill-isptar minkejja tbassir li jintilfu f’korriment

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-omm tat-tewmin, Harley u Harry, li twieldu ta’ 22 ġimgħa, ħarġet tqila permezz tal-proċess tal-IVF. 

Il-ġenituri tagħhom kellhom qalbhom maqtugħa wara li t-tobba stess qalulhom li m’hemmx tama li t-tewmin kienu ser jgħixu. Iżda hekk kif twieldu u bdew jurew sinjali ta’ ħajja anka t-tobba baqgħu mistagħġba.

Wara 140 ġurnata fil-kura intensiva, it-tfal setgħu jmorru d-dar flimkien mal-ġenituri tagħhom. 

“Vera nħossni kburija bi wliedi u bil-progress li qed jagħmlu. Qed jagħmlu dawk l-affarijiet li t-tobba qalulna mhux ser jagħmlu; li jibku, imma l-aqwa ħaġa hi li qed jgħixu” Qalet l-omm. 

Il-koppja kienu ilhom jippruvaw għat-tfal għal dawn l-aħħar 11-il sena. Tul dawn is-snin huma kienu għaddejjin bil-proċess tal-IVF. Sfortunatament kellhom 3 korramenti iżda kif waslu fit-tmien ċiklu tal-IVF, il-ħolma tagħhom saret realtà hekk kif il-mara ħarġet tqila u saru jafu li kien se jkollhom tewmin. 

Ekonomija

Sport