Monday, May 20, 2024

It-tfal li bagħtu t-tpenġijiet lill-Pulizija jirċievu sorpriża mingħand diversi uffiċjali

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat, uffiċjali tal-Pulizija bdew iqassmu ċertifikati ffirmati mill-Aġent Kummissarju b’turija ta’ apprezzament lit-tfal li bagħtu t-tpenġijiet tagħhom.

Jidher li f’din il-ġurnata impenjattiva, l-uffiċjali rnexxielhom jaslu għand madwar nofs it-tfal kollha li bagħtu t-tpenġijiet tagħhom.

Fuq il-midja soċjali l-Pulizija stqarret li dawn it-tpenġijiet ħolqu tbissima fuq fomm bosta uffiċjali tagħha, dan hekk kif bħalissa l-impenji tal-Pulizija żdiedu minħabba l-imxija tal-Cononavirus.

Mhux biss, waħda mill-ġenituri ta’ dawn it-tfal stqarret li dan il-ġest kien ifisser ħafna għat-tfal li issa ilhom ġimgħat imsakkrin ġewwa bħala prekawzjoni kontra t-tixrid ta’ dan il-virus.

Sport