“It-tfal ma jitwildux b’ideat diskriminatorji” – il-Kummissarju għat-Tfal tikkundanna r-razziżmu u d-diskriminazzjoni

Aqra wkoll

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ħareġ stqarrija li fiha kkundanna kull forma ta’ nuqqas ta’ rispett, razziżmu, diskors ta’ mibegħda u diskriminazzjoni.

Dan b’reazzjoni għall-filmat li ġie ppublikat ilbieraħ fejn tifel deher jitkellem u jagħmel atti diskriminatorji.

Fl-istqarrija ġie enfasizzat li t-tfal ma jitwieldux bi preġudizzji, iżda l-attitudnijiet u l-valuri tagħhom jiġu ffurmati mill-persuni, il-komunitajiet u l-istituzzjonijiet ta’ madwarhom.

Il-Kummissarju saħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ l-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem sa minn età żgħira, sabiex it-tfal jitgħallmu jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet ta’ kulħadd.

L-Uffiċċju appella għal responsabbiltà kollettiva biex tinbena soċjetà li tippromwovi l-empatija, l-inklużjoni u r-rispett, filwaqt li tirrifjuta kull forma ta’ mibegħda u diskriminazzjoni.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport