Wednesday, November 18, 2026
Home Sport Arda Guler jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

Arda Guler jġedded il-kuntratt ma’ Real Madrid

0
32

Real Madrid ħabbru li l-midfielder Tork, Arda Guler, iffirma kuntratt ġdid li se jżommu mal-club sal-30 ta’ Ġunju, 2032.

Guler, ta’ 21 sena, ingħaqad mal-Madrileni mingħand Fenerbahce f’Lulju tal-2023 u gradwalment sar wieħed mit-talenti importanti tat-team.

Minn meta wasal fi Spanja, huwa għamel 126 dehra u rebaħ ħames unuri ewlenin, fosthom iċ-Champions League, La Liga u s-Super Cup Ewropea.

Dan l-istaġun kompla jikkonferma l-importanza tiegħu, fejn skorja erba’ goals u pprovda seba’ assists f’14-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Il-ftehim il-ġdid juri l-fiduċja ta’ Real Madrid fil-potenzjal tal-internazzjonali Tork għall-futur.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here