Friday, December 13, 2024

It-tfal mhux se jkollhom bżonn ċertifikat tat-tilqima biex isiefru

Aqra wkoll

B’rabta mal-Covid-19, il-Kummissjoni Ewropea adottat regoli ġodda dwar iċ-ċertifikat tat-tilqima tal-Unjoni Ewropea. Issa bis-saħħa tar-regoli l-ġodda qed ikunu eżentati dawk ta’ taħt it-18-il sena milli jippreżentaw iċ-ċertifikat tat-tilqima sabiex isiefru f’pajjiżi Ewropej.

Iċ-ċertifikat tal-vaċċin tat-tfal ikopri 270 ġurnata minn meta ttieħdet it-tilqima. Issa bir-regoli l-ġodda huma biss nies mit-18-il sena ‘l fuq li jeħtieġu jippreżentaw iċ-ċertifikat sabiex isiefru f’pajjiżi Ewropej.

Filwaqt li bħalissa l-booster għal tfal ta’ 12-il sena ‘l fuq huwa awtorizzat wara r-rakkomandazzjoni mill-EMA, mhux l-Istati Membri kollha qed jirrakkomandaw li jingħata.

Il-Kummissarju għas-Saħħa, Stella Kyriakides, spjegat li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom iħejju ruħhom u jimplimentaw din l-eżenzjoni mis-6 t’April li ġej.

Ekonomija

Sport