Sunday, April 28, 2024

“Bl-għodda xjentifika konna għal darba oħra korretti” – Dr Vincent Marmara

Aqra wkoll

Illum Talk.mt tkellem ma’ Dr Vincent Marmara, Statistiku u Riċerkatur, biex nifhmu aħjar ir-raġunijiet ta’ għaliex is-sondaġġi li kien qed jaħdem dwarhom u li ġew ippubblikati fuq IT-TORCA, L-ORIZZONT u Talk.mt  kienu daqshekk preċiżi fil-previżjonijiet tagħhom. 

Hu qalilna li meta wieħed jagħmel dan ix-xogħol b’mod professjonali, minħabba li din hija l-professjoni tiegħu, dan jgħin biex l-analiżi tkun aktar korretta u xjentifika fl-interpretazzjoni tagħha. 

Dr Marmara qalilna: “Ir-riżultat li rajna fl-elezzjoni ġenerali ta’ nhar s-Sibt li għadda, rajna kemm konna preċiżi u eżatti fis-sondaġġi li konna qed nippubblikaw. Fl-aħħar sondaġġ għedna li d-distakk bejn il-partiti se jkun ta’ 39,000 vot. Ir-riżultat ġie viċin dak l-ammont. Fil-fatt ġie 39,474 vot.”

“Anke fir-rigward tal-persentaġġi li konna qed nippubblikaw rigward il-partiti, il-persentaġġ kemm għal dak li se jġib il-Partit Laburista  u l-persentaġġ li se jġib il-Partit Nazzjonalista, konna qrib ferm ukoll. Ovjament is-sondaġġi jkollhom dak li jissejjaħ ‘margin of error’ tagħhom imma minkejja dan, xorta dwar il-persentaġġi, id-differenza u d-diskrepanza bejn dak konna qed nipprevedu u li ħriġna fil-gazzetti, ħareġ fl-aħħar mill-aħħar kemm dan ir-riżultat kien preċiż. Fl-aħħar mill-aħħar allura, anke għalija, huwa sodisfazzjon personali li tajna informazzjoni preċiża u kemm jista’ jkun qrib dak li ġara fir-realtà bħala elezzjoni ġenerali.”

Fil-kummenti tiegħu Dr Marmara żied jgħid: “Tkellimna wkoll dwar it-turn out. Rajna li fi Frar li għadda kien hemm madwar 10% minn kull partit li kienu qed jgħidu li mhux se jivvutaw. Vera li matul il-kampanja dan il-persentaġġ tan-nies li qed jgħidu li mhux se jivvutaw beda nieżel, imma fl-aħħar mill-aħħar xorta konna qed naraw li dawk in-nies li kienu qed jgħidu li mhux se jivvutaw huwa wieħed aktar għoli meta kkumparat ma’ elezzjonijiet ġenerali fil-passat.”

Segwi l-kummenti tiegħu minn hawnhekk:

Sport