Saturday, August 1, 2026
Home Sport It‑Tieni Assemblea Ġenerali tal‑Malta FA 2026: Approvat ir-Rapport Amminstrattiv b’mod unanimu

It‑Tieni Assemblea Ġenerali tal‑Malta FA 2026: Approvat ir-Rapport Amminstrattiv b’mod unanimu

0
2

It‑Tieni Assemblea Ġenerali tal‑Malta FA tal‑2026 approvat unanimament ir‑Rapport Amministrattiv tal‑istaġun 2025‑26, li juri sena ta’ progress ċar fuq diversi fronti.

Ir‑rapport, ippreżentat mis‑Segretarju Ġe­nerali, Maria Azzopardi (ritratt), jenfasizza investiment rekord fil‑faċilitajiet, titjib fl‑appoġġ lill‑clubs, u avvanzi fit‑teknoloġija u fl‑iżvilupp tal‑logħba.

L‑Assemblea kienet onorata wkoll minn interventi ta’ rappreżentanti tal‑UEFA u tal‑ FIFA, li rrikonoxxew il‑passi ’l quddiem tal‑Assoċjazzjoni u l‑impenn tagħha lejn go­vernanza moderna u żvilupp sostenibbli.

Żviluppi Strateġiċi

Ir‑rapport jenfasizza diversi proġetti li mmarkaw l‑istaġun:

L-għeluq taċ‑ċelebrazzjonijiet tal‑125 anniversarju, bi programm estensiv li laħaq il‑qofol tiegħu bil‑Malta FA Jubilee Cup.

L‑inawgurazzjoni taċ‑Ċentru Nazzjonali tal‑Football, f’Ta’ Qali, li issa qed jospita l‑operaz­zjonijiet tat‑timijiet nazzjonali u tad‑ Dipartiment Tekniku.

It‑tnedija tal‑ewwel FIFA Arena f’Malta, li toffri spazju edukattiv u sportiv għal studenti minn komunità skolastika diversa.

L‑introduzzjoni tas‑sistema Football Video Support (FVS), parti minn programm ta’ prova tal‑FIFA li jsaħħaħ il‑livell tar‑refereeing.

L‑approvazzjoni tal‑pjan ewlieni tal‑proġett City of Football, li jinkludi modernizzazzjoni tal‑Istadium Nazzjonali u żvilupp ta’ stadium ġdid għaż‑żgħażagħ.

Kisbiet filGrawnd

L‑Assemblea rrimarkat ukoll fuq kisbiet sportivi sinifikanti. L‑istaġun ra l‑parteċipaz­zjoni storika ta’ Hamrun Spartans fil‑Fażi tal‑Kampjonat tal‑UEFA Conference League, li rrappreżentat pass ’il quddiem għall‑football Malti fil‑livell Ewropew.

Barra minn hekk, żdied l‑impenn biex players żgħażagħ jingħataw aktar spazju fit‑timijiet vazzjonali tal‑Irġiel u tan‑Nisa, b’attenzjoni fuq kontinwità u żvilupp fit‑tul.

Avvenimenti u Kompetizzjonijiet

Il‑Malta FA, Jubilee Cup, kompetizzjoni li saret kemm għall‑irġiel kif ukoll għan‑nisa, kienet punt ta’ attrazzjoni matul l‑istaġun.

Il‑finali saru fl‑Istadium Nazzjonali, fit‑8 ta’ Diċembru 2025, b’Mġarr United jirbħu n‑nisa u Valletta FC jirbħu l‑irġiel, qabel ma Valletta żiedu magħha l‑15‑il Meridianbet FA Trophy fl-istorja tal-club.

Infrastruttura u Investiment

L‑NFC ġie inawgurat fil‑preżenza ta’ mex­xejja lokali u internazzjonali – fosthom l-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela, il-President tal-Malta FA, Bjorn Vassallo, il-President tal-FIFA, Gianni Infantino, u l-Viċi-President tal-UEFA, Jesper Moller Christensen – b’investiment ta’ €13-il miljun kofinanzjat mill‑Fond Nazzjonali għall‑Iżvilupp u Soċjali u appoġġjat mill‑ Malta Development Bank.

L-Ewwel FIFA Arena f’Malta

Pass importanti ieħor kien l-inawgurazzjoni tal-ewwel mini-pitch tal-FIFA Arena, f’Malta.

Il-mini-pitch tal-FIFA Arena ġie inawgurat fl-istess jum bħaċ-Ċentru Nazzjonali tal-Football. Dan sar fl-Iskola Primarja tal-Kulleġġ Maria Regina f’San Pawl il-Baħar, u fih ħadu sehem il-President tal-FIFA Gianni Infantino, flimkien mal-leġġendi Fabio Cannavaro u Christian Vieri.

Dan ifforma parti minn inizjattiva globali tal-FIFA biex tipprovdi spazji sikuri u inklużivi għat-tfal biex jilagħbu, jitgħallmu u jikbru, filwaqt li tippromwovi wkoll l-iżvilupp u l-edukazzjoni tal-football.

L-iskola ntgħażlet bħala l-post idoneu min­ħabba d-diversità preżenti fl-iskola, b’madwar 700 tifel u tifla minn madwar 51 nazzjonalità varjata.

Ħarsa ’l Quddiem

Il‑pjan City of Football, jiftaħ kapitlu ġdid għall‑faċilitajiet ta’ Ta’ Qali, b’modernizzaz­zjoni tal‑Istadium Nazzjonali, espansjoni tas‑ Centenary Stadium u kostruzzjoni ta’ stadium kompatt għall‑football taż‑żgħażagħ.

Dan il‑pjan jimmira li jsaħħaħ l‑ekosistema tal‑footbal Malti u joħloq ambjent ta’ taħriġ u kompetizzjoni ta’ livell għoli.

L-approvazzjoni tar-Rapport Amministrattiv ikkonkludiet proċedimenti li rriflettew fuq sena oħra sinifikanti ta’ progress għall-Malta FA, kemm fil-ground kif ukoll barra minnu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here