Monday, November 11, 2024

It-tieni goal tal-Ġappun fir-rebħa fuq Spanja kien wieħed leġittimu

Aqra wkoll

S’issa kienet l-akbar kontroversja tat-Tazza tad-Dinja. 

Il-Ġermanja sfaw eliminati minn din il-kompetizzjoni minħabba deċiżjoni oħra dubjuża tal-VAR hekk kif b’dak il-goal il-Ġappun għelbu lil Spanja 2-1 biex saħansitra rebħu l-grupp. 

It-team immexxi minn Hansi Flick affronta lil Costa Rica fejn xejn għajr minn rebħa ma kienet tissodisfa l-kriterji tagħhom biex iżommu t-tamiet tagħhom ħajjin biex jikkwalifikaw għall-Aħħar 16. 

Sa tmiem l-ewwel taqsima, il-Ġermaniżi kienu mexjin skond il-pjan fejn dehru li kienu se jkomplu javvanzaw hekk kif daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 1-0. 

Peró f’temp ta’ tliet minuti, il-Ġappuniżi dawru telfa f’rebħa fejn skorjaw darbtejn minn Ritsu Doan u Ao Tanaka, bil-goal ta’ dan tal-aħħar qajjem dubju u mistoqsijiet kbar jekk verament kellux jiġi konvalidat.

Ma kien hemm xejn ħażin fil-goal ta’ Tanaka, iżda qabel ma wasal għandu, il-ballun deher jaqbeż il-linja fejn il-lasti hekk kif Kaoru Mitoma deher li wasal frazzjoni ta’ sekonda tard fuq il-ballun qabel ma wettaq l-assist. Iżda wara verifika mill-VAR, il-goal ġie konvalidat. 

Il-kontroversja żdiedet hekk kif ma dehru l-ebda replays tal-VAR jew konferma tal-inċident. Il-partitarji fil-ground ma kellhomx idea x’kien qed jiġri u t-telespettaturi f’darhom ma ngħatawx iċ-ċans biex jerġgħu jaraw ir-replays minħabba li d-deċiżjoni kienet waħda millimetrika. 

Madankollu, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-istazzjon tal-VAR emmnu b’mod ċar li kellhom l-evidenza biex jiddeċiedu li l-ballun kollu ma kienx qabeż il-linja…..

Il-frames tal-filmati ta’ dan l-inċident bdew juru li l-kurvatura tal-ballun, għalkemm millimetrika, kienet fuq il-linja u għaldaqstant kien għadu fil-logħob

Sport