Monday, May 13, 2024

“It-tifel għandu ħafna talent” … Sewwieq Malti mfaħħar f’ċirkwit fl-Italja

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Il-Ħadd, 16 ta’ April, is-sewwieq Malti tal-Karting Benji Westwood ikkompeta fit-tieni rawnd tar-Rok Cup fiċ-Ċirkwit ta’ Cremona, l-Italja. Westwood u t-tim tiegħu taw prestazzjoni tajba, kisbu riżultati mill-aqwa u akwistaw ħafna esperjenza. Fil-kwalifikazzjonijiet Benji spiċċa fir-4 post, spiċċa fit-8 post fl-ewwel heat, fis-7 fit-tieni u fil-finali spiċċa fl-10 post minn 36 sewwieqa. Ħames sekondi penali niżlu lill Westwood fid-19-il post.

Westwood saq mat-tim Taljan tal-GP Racing Karts appoġġjat mill-eks champion tal-karting Alex Machado u GP Racing Team Malta.

Mike Clews minn GP Karts Malta qal, “Din id-darba, Benji wera għaqal kbir meta saq ma’ 56 kart, kollha b’magni u tyres ugwali; it-tifel għandu ħafna talent.”

L-impenn li jmiss għal Westwood huwa fis-7 ta’ Mejju f’South Garda Karting Track f’Lonato, l-Italja.

Sport