Monday, May 13, 2024

Ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal tmiem il-ġimgħa

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt 22, u l-Ħadd 23, Island Karting Club u Karting Club Malta, flimkien mal-Malta Motorsport Federation, qed jorganizzaw ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting fit-trakka La Reve f’Ħal Far. Is-Sibt 22, hija ddedikata għall-klassijiet riservati għall-iżgħar sewwieqa. Dawn il-klassijiet huma Entry Level, Mini 60cc, Rotax Mini, Iame Mini X30 u Iame X30 Junior.

Is-sewwieqa adulti se jiddebuttaw nhar il-Ħadd 23, fil-klassijiet li ġejjin, Iame X30 Masters, klassi Rotax Max, Iame X30 Senior, Vortex RokGP Senior, u Vortex RokGP Masters.

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting qed jiġi organizzat b’kooperazzjoni bejn Karting Club Malta u Island Karting Club u mmexxi mill-Malta Motorsport Federation. L-avveniment se jkun b’xejn għall-pubbliku ġenerali, avveniment li jintgħoġob mill-familja kollha, mod specjali tfal ta kull eta.

Sport