Saturday, December 14, 2024

It-tisħin tal-klima theddida għal Kanal tal-Panama

Aqra wkoll

It-tisħin tal-klima globali u x-xejriet tat-temp li qed jinbidlu qed jaffettwaw il-provvista tal-ilma tal-kanal tal-Panama li hu wieħed mill-aktar kanali importanti fid-dinja kif ukoll l-aċċess għall-ilma tax-xorb għal miljuni ta’ Panamaniżi. 

Il-Kanal tal-Panama huwa meravilja kbira tal-inġinerija tas-Seklu 20. Meta tlesta fl-1914, dan il-passaġġ tal-ilma magħmul mill-bniedem għaqqad l-Oċean Paċifiku u Atlantiku u kważi naqqas bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar bejn il-Kosta tal-Punent tal-Istati Uniti u l-Ewropa.

Sal-lum, il-vapuri jridu jgħaddu minn serje ta’ serraturi biex jegħlbu l-varjanzi fl-għoli u t-tul ta’ 50 mil (80km) tiegħu. Dawn is-serraturi jittellgħu sa 85 pied (26m) ‘l fuq mil-livell tal-baħar qabel ma jerġgħu jitniżżlu.

Is-serraturi tal-kanal jaġixxu bħala tip ta’ lift, billi jużaw ammonti enormi ta’ ilma imwassal minn lagi artifiċjali fil-quċċata tal-muntanji biex jgħollu l-bastimenti. 

Iżda hekk kif it-tisħin tal-klima globali jaffettwa x-xejriet tat-temp, it-tħaddim tal-kanal qed isir sfida dejjem akbar.

Skont l-awtoritajiet tal-kanal tal-Panama, l-2019 kienet il-ħames l-aktar sena niexfa fil-Panama għal dawn l-aħħar 70 sena meta x-xita naqset b’20% meta mqabbla mal-medja storika.

Iżda mhumiex biss is-snin tan-nixfa li jikkawżaw diffikultajiet iżda anki xita qawwija tista’ wkoll toħloq problemi peress li tista’ tikkawża li l-lagi artifiċjali jfuru.

L-esperti jgħidu li hekk kif is-snin niexfa u l-maltempati jsiru aktar komuni, il-kanal jeħtieġ li jsib sorsi ta ‘ilma frisk u modi ġodda biex u fejn jaħżen l-ilma.

Kull darba li bastiment jgħaddi mis-serraturi, jintużaw 55 miljun gallun ta’ ilma ħelu li wara jintefa fil-baħar. 

Bħala medja, mill-Kanal tal-Panam jgħaddu 37 bastiment kuljum li għalihom jintużaw aktar minn 2 biljun gallun ta’ ilma ħelu.

L-awtoritajiet tal-proġetti tal-ilma fil-Kanal tal-Panama jgħidu li qed jaħdmu biex isibu soluzzjonijiet biex jiżguraw li l-kanal ma jispiċċax mingħajr ilma.

Fis-sena eċċezzjonalment niexfa tal-2019, l-awtoritajiet tal-kanal kellhom inaqqsu l-ammont ta’ ilma li wżaw biex joperaw is-serraturi, li kien ifisser li l-vapuri ma setgħux iġorru tagħbija tqila għax kien hemm inqas ilma bejn il-bastiment u l-qiegħ tal-kanal.

Biex is-serraturi jibqgħu jaħdmu, l-awtoritajiet tal-kanal qed ifittxu modi kif jaħżnu aktar ilma fi snin tax-xita biex jiżguraw provvista suffiċjenti fi żminijiet aktar niexfa.

Qegħdin iwettqu wkoll studji dwar numru ta’ għażliet alternattivi fosthom li japprofondixxu lagi artifiċjali eżistenti biex jinqabdu aktar ilmijiet tax-xita.

Possibbiltà oħra li l-awtoritajiet tal-kanal qed jistudjaw hija l-bini ta’ diga fuq ix-xmara Indio, fil-provinċja ta’ Coclé fiċ-ċentru tal-Panama.

Ekonomija

Sport