Wednesday, April 24, 2024

Is-Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard tinawgura l-proġett ‘Nikkultivaw l-Għeruq tagħna’

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Awwissu, ġie inawgurat proġett ambizzjuz bl-isem ta’ ‘Nikkultivaw l-Għeruq tagħna’. 

Iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni – li fiha nnifisha kienet waħda spettakolari, attendew għaliha bosta nies distinti fosthom membri parlamentari u kunsilliera. L-inawgurazzjoni saret mill-Onorevoli Angelo Farrugia – Speaker tal-Kamra, u ġiet imbierka mill-W.R. Arċipriet Dun Sebastjan Caruana. 

Dan il-proġett li huwa fil-fatt sensiela ta’ proġetti, dam għaddej iktar minn sentejn fejn apparti titjib tal-infrastrutura tal-każin permezz ta’ insallazzjoni ta’ dawl ġdid, CCTV cameras, intruder u fire alarms u sistema ta’ dawl ġdid, sar ukoll tisbiħ fil-Kappella San Ġorġ Preca, installazzjoni ta’ antiporta, kamra ġdida għat-tagħlim tal-mużika, restawr u konservazzjoni ta’ diversi xogħlijiet artistiċi li jinsabu l-każin, u ftuħ ta’ esebizzjoni permanenti ta’ bosta oġġetti ta’ valur storiku minn żminijiet differenti fl-istorja tal-każin. 

Fi stqarrija maħruġa minnha, is-Soċjetà Filarmonika Nicolo Isouard irringrazzjat lis-sur Marvic Camilleri tal-organizzazzjoni u koordinament taċ-ċerimonja tal-ftuħ u lis-Sur Mark Micallef Perconte għall-fotografija.

Sport