Eks CEO tal-Premier League huwa konvint li t-tluq ta’ Pep Guardiola huwa marbut mal-115-il akkuża pendenti f’Manchester City.
Iċ-Citizens rebħu r-raba’ titlu konsekuttiv tal-Premier League aktar kmieni dan ix-xahar bit-team ta’ Guardiola jistħoqqlu titlu ieħor wara tmiem bla waqfien tal-istaġun.
Fi Frar 2023, Manchester City ġew akkużati b’aktar minn 100 ksur tar-regolamenti tal-Financial Fair Play (FFP) tal-kompetizzjoni li jmorru lura għall-2009.
Il-club jista’ jiffaċċja tnaqqis ta’ punti jew saħansitra tkeċċija mill-kompetizzjoni jekk jinstab ħati, iżda s-City ċaħdu bis-sħiħ kull att ħażin u wegħdu li se jiġġieldu l-każ tagħhom.
Is-Citizens komplew jirbħu t-Treble tal- Premier League, l-FA Cup u ċ-Champions League fl-istaġun 2022-23 u kienu jinsabu fit-triq biex jirbħu d-double f’dan it-terminu li kieku għelbu lir-rivali eterni, Manchester United, fil-finali tal-FA Cup bħal bieraħ tmint ijiem.
Għal ħafna kritiċi tal-club, li huwa appoġġjat mill-ġid kbir tas-sid Sheikh Mansour, l-akkużi tal-Premier League tefgħu dell fuq is-suċċessi tagħhom.
U kien hemm rapporti fl-aħħar ġimgħat li Guardiola jista’ jħalli l-club fl-2025 meta jiskadilu l-kuntratt, aktar milli jestendi dak attwali fl-Etihad Stadium.
Il-manager tas-City qal lilu nnifsu li huwa “eqreb li jitlaq milli jibqa” f’intervista aktar kmieni dan ix-xahar u l-eks kap eżekuttiv ta’ Everton, Keith Wyness, iqis li t-’tnixxija’ dwar il-futur ta’ Guardiola hija marbuta mal-akkużi finanzjarji tagħhom tal-fair play.
Wyness qal: “Din hija sitwazzjoni tassew interessanti b’din it-’tnixxija’ li qed toħroġ.
“Trid temmen li b’xi mod huwa marbut ma’ dawn il-115-il akkuża. M’għandix idea jekk Manchester City humiex ħatja jew le.
“Mhux qed nagħmel stqarrijiet dwar il-ħtija, iżda Guardiola qal li jitlaq jekk jinstabu ħatja.
“Jidher li hija separazzjoni ppjanata bejn il-manager u l-club, u dan jagħmel sens mill-perspettiva tar-Relazzjonijiet Pubbliċi għalih li jitlaq qabel jasal il-verdett – u għalhekk ma jidhirx li qed jiġi sfurzat ‘il barra.
“Naħseb ukoll li Guardiola għamel iż-żmien tiegħu. Jista’ ikun li żmienu għadda, irrispettivament liema skwadra tajba u riżorsi għandek.
“Huwa ż-żmien it-tajjeb biex jitlaq. Ċertament, min-naħa tar-Relazzjonijiet Pubbliċi, meta dawn il-115-il akkużi se jkunu fil-midja kontinwament – Pep huwa bniedem tal-football pur, huwa jrid iżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala manager kbir – u jista’ jagħmel sens għalihom li jmorru fi triqat separati.”
Kien hemm diskors li Man City jistgħu jiffaċċjaw ‘tkeċċija’ mill-Premier League u avukat sportiv jinsisti li “ma tkunx biss esaġerazzjoni” jekk jinstabu ħatja tal-ksur allegat.
Avukat tal-isports li ma riedx jiżvela ismu qal aktar kmieni dan ix-xahar: “Ikollok taħseb li l-kastig ikun assolutament enormi. Tkeċċija mill-Premier League ma tkunx biss esaġerazzjoni. Ikun riżultat realistiku jekk jinstabu ħatja tal-akkużi.
“Jekk, min-naħa l-oħra, xi wħud mill-akkużi bħal dawk li jinvolvu lil Roberto Mancini mhumiex ċari daqs kemm jaħsbu n-nies u qed nitkellmu dwar ksur multiplu tal-PSR, tista’ tkun qed tħares lejn tnaqqis ta’ 30 punt.
“Probabbilment hemm erba’ riżultati; huma lliberati, hemm multa kbira u tnaqqis ta’ punti żgħar, hemm tnaqqis ta’ punti enormi jew jitkeċċew mill-kampjonat. Iżda sempliċiment ma nafux mingħajr ma naraw l-evidenza profonda. U sempliċement għax xi ħadd ġie akkużat 115-il darba, dan ma jfissirx li huwa ħati.”