Wednesday, July 24, 2024

Kampjonat Nazzjonali taċ-Ċikliżmu: Aidan Buttigieg u Jessica Pratt ikomplu jirbħu

Aqra wkoll

Aidan Buttigieg ta’ D Sports Lab u Jessica Pratt tat-Team Greens komplew jirbħu anke f’din it-tieni tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Triq organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 2 ta’ Ġunju 2024 fil-Bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ.

Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fil-Kategorija Elite meta ddomina fejn temm il-15 il-dawra tiegħu f’ħin ta’ 1:32:36.30, żewġ minuti vantaġġ fuq Pierre Borg ta’ Mosta CC (1:34:37.40). Fit-tielet post spiċċa Etienne Bonello tat-Team Greens (1:34:38.21).

It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’waħda dominata minn Jessica Pratt tat-Team Greens meta spiċċat l-ewwel f’ħin ta’ 1:06:59.44, vantaġġ impressjonati ta’ iktar minn 5 minuti fuq seħbitha Diana Muscat (1:11:10.32). Marie Claire Aquilina ukoll tat-Team Greens spiċċat it-tielet (1:11:19.90).

Jacob Schembri ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 1:34:37.48. Warajh spiċċaw rispettivament Luke Borg ta’ The Cyclist – Agones (1:34:37.74) u Clyve Chetcuti ta’ Mosta CC (1:34:38.76).

Fil-Kategorija Masters 40+ ħareġ rebbieħ Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens

f’ħin ta’ 1:01:19.19. Kważi miegħu spiċċa Mark Zammit ta’ Mosta CC (1:01:19.33). Fit-tielet post daħal Liran Ben Ari ta’ The Cyclist – Agones (1:01:27.58). Kevin Muscat ta’ Mosta CC minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 1:07:47.81. Hu kien segwit minn Stephen Grima ta’ D Sports Lab (1:07:49.61) u Joseph Caruana tat-Team Greens (1:16:49.79). 

Ryan Gatt ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 Maskili meta spiċċa l-erba’ dawriet tiegħu f’ħin ta’ 24:56.04. Zia Fuji ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet meta għamlet it-tliet dawriet tagħha f’ħin ta’ 22:05.46. Warajha spiċċaw rispettivament Nina Debono wkoll ta’ Shamrock Stars (25:55.46) u Katie Vella Wood tat-Team Greens (27:27.42). Jake Refalo ta’ Shamrock Stars rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 Boys f’ħin ta’ 21:54.02. Warajh daħlu Ethan Grech ta’ Mosta CC (21:54.34) u Liam Daly ta’ Shamrock Stars (21:55.01).

Ethan Cumbo ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Boys meta temm d-dawra tiegħu f’ħin ta’ 07:40.88. Warajh spiċċaw rispettivament Kruiven Farrugia ta’ Shamrock Stars (08:16.78) u Zachery Vella ta’ Mosta CC (08:42.19). Amy St John ta’ Mosta CC rebħet il-Kategorija tal-Under 12 Girls meta temm d-dawra tagħha f’ħin ta’ 08:56.33.

Il-preżentazjonijiet saru mill-uffiċċjali għolja tal-istess Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss hija it-tieni waħda mill-Kampjonat Time Trial nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2024 fiċ-ċirkwit ta’ Fleur-de-Lys.

Ekonomija

Sport