Saturday, December 21, 2024

It-tnedija tal-kampanja ‘sajjar frisk u lokali’

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo nieda l kampanja ‘Sajjar Frisk u Lokali’ biex ikun promoss kemm jista’ jkun l-użu tal-prodotti li tipprovdilna  artna. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li jkun hawn aktar għarfien u jiġu apprezzati u użati l-prodotti  li ġejjin mill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin. 

Il-Ministru Anton Refalo enfasizza “Ir-responsabbiltà lejn min qed jaħdem u jistinka, anke kontra l elementi tan-natura, bla waqfien u b’sagrifiċju. Minn hawnhekk nixtieq niringrazzja lir-raħħala u l bdiewa kollha tax-xogħol siewi li jagħmlu erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.” 

Il-Ministru Refalo tenna kif, “Permezz ta’ din il-kompetizzjoni, aħna qegħdin infakkru kemm hu  importanti li nirrispettaw il-prodott lokali kemm bħala għodda biex il-konsumatur jkun kapaċi  jagħmel għazliet aħjar għal saħħtu u kif ukoll għall-palat. Nagħlaq billi nawgura lil kull min bi ħsiebu  jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni u nfakkarkhom biex tkunu responsabbli, ħudu pjaċir u agħżlu l 

aqwa prodotti lokali u friski!” 

Biex wieħed jipparteċipa, għandu l-ewwel jagħmel like u jsegwi l-paġna fuq Facebook ‘Agrikoltura’  u jfittex ‘Sajjar Frisk u Lokali’ biex ikun jista’ jsegwi r-regolamenti tal-kompetizzjoni. Flimkien mal familja jew bħala individwu l-parteċipant għandu joħloq riċetta bl-użu ta’ prodotti friski, staġjonali u  lokali umbgħad itella’ r-ritratti jew videos li jkun ħa.  

Ir-ritratti jew videos iridu juru (i) il-kontestant waqt li jixtri l-ħaxix, frott u/jew laħam mis-suq lokali,  (ii) l-ingredjenti li ħa jintużaw waqt it-tisjijra, (iii) il-proċess tat-tisjir u (iv) l-platt finali. L-aqwa 10  platti bl-iktar likes jintgħażlu u jiġu evalwati mill-ġudikaturi. Il-ġudikaturi mbagħad jagħżlu l-aqwa  4 platti preferuti tagħhom. 

Il-kompetizzjoni tibqa’ miftuħa sas-7 ta’ Jannar 2022 filwaqt li r-rebbieħa jitħabbru aktar tard fl-aħħar  tax-xahar. Il-kompetizzjoni hija miftuħa għall-parteċipanti minn 10 snin ’il fuq u l-kategoriji se  jitqasmu f’4 gruppi differenti skont l-età: 

L-ewwel grupp – 10 sa 16-il sena 

It-tieni grupp – 16 sa 35 sena 

It-tielet grupp – 36 sa 60 sena 

Ir-raba’ grupp – minn 60 sena ’l fuq

Ekonomija

Sport