Saturday, December 21, 2024

It-tniġġiż fl-arja l-ikbar theddida għall-umanità

Aqra wkoll

It-tniġġiż tal-arja qed iħalli effetti gravi fuq l-umanità kollha tant li kaġun dan it-tniġġiż globali huwa smat li l-għomor ta’ biljuni ta’ nies se jkun naqas b’sitt snin. Dan ifisser li minkejja l-passi ta’ ġgant li għamlet ix-xjenza medika f’kull qasam, il-ħajja tan-nies fid-dinja qed tonqos u mhux tiżdied.

Dan ħareġ minn studju riċerkat li sar mill-Università ta’ Chicago dwar l-effetti tat-tniġġiz tal-arja li sab illi l-użu u l-ħruq ta’ fossili, l-iktar il-faħam, huma qattiela akbar mit-tipjip, l-imwiet f’diżgrazzi u l-HIV/Aids. F’dan kollu, l-iktar pajjiż affettwat huwa l-Indja.

Fiċ-Ċina imbagħad, minkejja li fis-seba’ snin li għaddew ittieħdu passi drastiċi biex jitnaqqas il-tniġġiż u l-ħmieg mill-arja xorta waħda ma kienux biżżejjed tant li ċ-Ċiniżi qed jgħixu 2.6 snin inqas milli kienu jgħixu qabel.

Skont l-istess rapport xjentifiku, il-kriżi klimatika kompliet titgħarraq mhux biss kaġun tat-tniġġiż fl-arja imma issa wkoll mid-dħaħen tan-nirien kbar u devastanti li ta’ kull sena qed jaqbdu u jħallu ħerba tremenda f’telf ta’ mijiet ta’ etteri ta’ art u siġar.

It-tim ta’ xjenzati li fasslu dan ir-rapport indikaw illi l-ġrajjiet li seħħew dan l-aħħar l-iktar bin-nirien u l-għarar urew li l-ġejjieni se jkun ferm diffierenti minn dak li l-umanita qed taspira għalih. U dan jibqa hekk jekk il-gvernijiet u l-mexxejja jibqgħu ċassi u ma jieħdu ebda azzjoni drastika li timmitiga din il-kriżi klimatika.

Sostnew ukoll illi l-effetti pożittivi tal-lockdowns tul il-pandemija tal-Covid-19 li naqqsu bil-bosta t-tniġġiż tal-arja ma swew xejn billi n-nirien kbar li ħakmu f’diversi pajjiżi partikularment fl-Amerika reġġgħu lura l-effetti pożittivi tal-lockdowns.

L-ikbar isfortuna hi, sostnew l-istess xjenzat, illi t-tniġġiż tal-arja għadu mhux rikonoxxut biżżejjed bħala l-ikbar theddida kemm għad-saħħa tal-bniedem u anki għal din il-pjaneta li ngħixu fuqha. 

B’mod akkumulattiv, jekk jibqa’ ma jinbidel xejn, it-telfien ta’ snin ta’ ħajja ta-nies bil-livelli ta’ tniġġiż tal-arja kif inhu llum, l-umanita se tkun tilfet 17-il-biljun ta’ snin ta’ ħajja umana.

L-ironija hi li l-kriżi klimatika eżistenti, l-umanita mhux biss qed tħalliha sseħħ imma agħar minn hekk, qed tikkawzaha hi stess.

Ekonomija

Sport