Wednesday, March 27, 2024

It-Torri tad-Dawl fil-qalba ta’ spettaklu uniku ta’ logħob tan-nar fl-Imqabba

25 sena ta’ wirjiet ta’ nar sinkronizzat mal-mużika fil-festa tal-Imqabba.

Aqra wkoll

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, u hekk kif dan is-sajf irritornaw
iċċelebrazzjonijiet tal-festi, fl-Imqabba qed jitħejja spettaklu uniku ta’ logħob tan-nar li filqalba tiegħu se jkun hemm it-Torri tad-Dawl, nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu, lejlet Santa Marija.

Il-festa ta’ Santa Marija fl-Imqabba hi magħrufa għal-logħob tan-nar innovattiv, fejn 25 ilu sena ilu kien sar l-ewwel spettaklu sinkronizzat mal-mużika, anniversarju li wkoll se jkun imfakkar kif jixraq din is-sena.

L-ispettaklu ta’ din is-sena jinkludi l-ewwel parti ta’ logħob tan-nar sinkronizzat ma’ siltiet ta’ mużika rock klassika, pop u klassika popolari fejn se jispikkaw diversi effetti uniċi minn mat-Torri tad-Dawl, li huwa struttura għolja 54 metru. It-tieni parti se tinkludi murtali tradizzjonali Maltin tal-beraq u kulur.

L-ispettaklu tan-nar tal-ajru jagħlaq b’wirja oħra spettakolari ta’ nar sinkronizzat mal-mużika li tinkludi wkoll diversi effetti u disinji uniċi kif ukoll murtali tal-kulur innovattivi b’effetti li se jkunu qed jidhru għall-ewwel darba. Se jkun hemm ukoll blalen u ftuħ kbar.

Is-serata tkompli b’wirja ta’ nar tal-art mekkanizzat li se ssir fl-istess triq, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija.

L-ispettaklu jibda fl-9:45pm millgħelieqi maġenb Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (il-By-pass tal-Imqabba). Se jkun hemm siġġijiet li wieħed jista’ jibbukkja online fuq:
https://tickets.evently.com.mt/event/mqabba-fireworks/

Apparti dan l-ispettaklu prinċipali, se jinħaraq logħob tan-nar tul il-ġimgħa kolla tal-festa mid9 ta’ Awwissu ’l quddiem. Nhar il-festa tal-Assunta, it-Tnejn 15 ta’ Awwissu, mis-7:15pm jsir ukoll spettaklu ta’ kaxxa infernali spettakolari u wara ħruq ta’ murtali tradizzjonali bil-logħob segwiti minn beraq pront u kulur li jakkumpanjaw il-purċissjoni titulari.

L-Għaqda tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba hi r-rebbieħa ta’ diversi unuri li jirrikonoxxu l-innovazzjoni u l-kwalità tagħha fil-logħob tan-nar, fosthom l-ewwel kompetizzjoni Maltija tal-logħob tan-nar fl-2006, il-Kampjonat Dinji tal-Logħob tan-Nar ‘Caput Lucis’ f’Ruma fl-2007 u l-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fl-2010.

Biex wieħed jasal l-Imqabba hemm diversi approċċi u, apparti mill-mod normali mill-mina tal-ajruport, wieħed jista’ wkoll jasal l-Imqabba mill-inħawi ta’ Ħal Qormi, il-Marsa u l-Ingieret permezz tat-triq ta’ Ħal Farruġ, kif ukoll mill-inħawi tas-Siġġiewi u Ta’ Kandja.

Aktar informazzjoni fuq www.facebook.com/santamarija jew
www.facebook.com/stmaryfireworksmqabba

Ekonomija

Sport