lill-qaddis li jitħallat mal-aspett patrijottiku
Minn Victor Vella
RITRATTI ROGER AZZOPARDI
Ma’ tistax titkellem fuq it-tqabbil fil-festi tagħna u ma titkellimx fuq it-tqabbil fil-Birgu. Tqabbil li hawnhekk jieħu xejra differenti minn irħula oħra għax waqt li f’irħula oħra jispikkaw il-botti bejn partit u ieħor tal-festi li jkunu jiġu organizzati f’dik il-belt jew raħal, fil-Birgu it-taqbil għalkemm hemm il-botti lejn il-festa sekondarja, it-taqbil jieħu xejra differenti b’taħlita ta’ tifħir lil qaddis li imbagħad f’għadd ta’ tqabbil jitħallat mal-aspett patrijottiku – il-belt rebbieħa.
Fil-fatt l-aspett ta’ ‘Belt Rebbieħa’, ‘Vittoriosana’, ‘Vittoriosani’ jispikka ħafna fit-taqbiliet. Saħansitra l-istess taqbil jorbtu lill-qaddis b’mod intrinsiku ma’ din il-belt. It-toroq dojoq ta’ din il-belt u l-pjazza li xi darba fiha kien hemm it-Torri tal-Arloġġ, fil-jiem li ġejjin jilbsu l-libsa tal-festa u fihom jidwi t-tqabbil li ilu jintiret minn ġenerazzjoni għal oħra.
Fil-festa ta’ San Lawrenz fil-Birgu, it-tqabil huwa tradizzjoni antika marbuta mal-marċi u mal-atmosfera popolari li timla t-toroq tal-Birgu. Il-festa ta’ San Lawrenz hija waħda mill-eqdem u l-aktar tradizzjonali f’Malta, u tinkludi bosta elementi uniċi li għadhom jinżammu sal-lum. Fil-Birgu hemm ukoll it-tqabbil marbut ma’ ġranet partikolari bħal fil-marċ tal-antiviġilja u l-marċ ta’ lejlet il-festa.
Fil-Birgu, joħroġ ħafna dan l-aspett uniku ta’ tqabbil b’ewforija lejn ġrajja li għadda minnha l-Birgu, li hi dik tal-Assedju l-Kbir. Ġrajja li hi minquxa fl-istorja ta’ pajjiżna, u llum immanifestat ruħha fit-taqbil tal-Ġirbin fil-festa ta’ San Lawrenz. Tqabbil li mexa minn ġenerazzjoni għal oħra. Tqabbil li dejjem isir b’mod spontanju u bl-ebda mod ma’ hu xi ħaġa organizzata.
It-tqabbil li se jkun qiegħed jingħad f’dawn il-jiem fil-festa ta’ San Lawrenz.
Kien id-9 ta’ Awwissu
fuq gradilja ġeјt mixħut
il-ġurnata kienet l-Erbgħa
u sbieħ l-għaxra kellek tmut
Għalxeјn terturi
Għalxeјn żeblieh
Għax bħal Kristu kellek tbati
U bħal Kristu ħriġt rebbieħ
Minnek ħarġu tliet parroċċi
Bormla, l-Isla u l-Kalkara
u fl-10 ta’ Awwissu
kulħadd lilek јiġi јara
Јum sabiħ qalb id-devoti
Јum sabiħ għall-Birgu tagħna
Kulħadd јgħaјјat b’vuċi waħda
Viva l-kbir l-kbir Lorenzu tagħna
Fuq il-gradilja lil Lawrenz xwewh
U għax kien raġel ma beża’ xejn,
l-anġli mis-sema kollha rawh
U l-palma tad-deheb f’idu tawh
Evviva Evviva San Lawrenz,
Il-patrun tal-Ġirbin,
li f’kull qalb Vittorjosana
jibqa’ l-ewwel f’kull ħin
Aħmar bħad-demm,
Aħmar bħan-nar
San Lawrenz tagħna
l-aktar li għandu armar
San Lawrenz tagħna l-patrijarka,
li fil-Belt Vittoriosa sab l-ankra
qabel il-Kavallieri f’Malta rifsu,
il-Ġirbin lil Lawrenz biss ix-xemgħa xegħlu
Il-Birgu kollu jilbes l-aħmar,
mis-swar sbieħ sa wara l-artal,
meta joħroġ Lawrenz tagħna,
f’Malta kollha bħalna m’hawnx
Viva il-Għaxra ta’ Awwissu
Viva il-guvni valoruż
Viva il-palma ta’ vittorja
Viva il-Birgu Vittorjuż
Dumnikani tgħidu tagħkom,
hi l-isbaħ festa ta’ kull żmien;
imma jasal San Lawrenz glorjuż,
u l-Birgu jiddi minn kullimkien.
Mill-Assedju sal-lum il-ġurnata,
l-istorja tibqa’ tgħix fina;
San Lawrenz l-kburija tagħna,
u l-Birgu dejjem b’rasu mgħollija
Jum l-10 ta’Awwissu
Tajjeb jingħad li din il-festa minkejja li mhix festa pubblika dejjem tiġi ċċelebrata fl-10 ta’ Awwissu u mhux kif isiru festi oħra li jiġu ċċelebrati fi tmiem il-ġimgħa. F’Malta, fis-sajf hawn biss tliet festi li jiġu ċċelebrati hekk minbarra tal-Birgu, li huma tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta fis-16 ta’ Lulju u tas-Salvatur f’Ħal Lija fis-6 ta’ Awwissu.
L-Anteviġilja
Interessanti hu li l-ġurnata li tiġi jumejn qabel il-jum tal-festa, jiġifieri it-8 ta’ Awwissu fil-Birgu għadha tissejjaħ bit-terminu antik Taljanizzat, jiġifieri bħala l-anteviġilja. F’kelma oħra lejlet lejliet il-festa li f’imkejjen oħra isibuha bħala l-aħħar tat-tridu. Dakinhar tal-anteviġilja fil-Birgu jsir il-marċ tant popolari mad-dilettanti tal-festa fejn tieħu sehem il-Banda tal-lokal.
Ir-raguni li din tissejjaħ hekk hi waħda storika. Dan għax fl-imgħoddi l-festa ta’ San Lawrenz kienet festa kmandata u hekk lejlietu kien ikun vgili jigifieri kien isir is-sawm u din il-ġurnata kienet l-aħħar ġurnata ta’ qabel is-sawm.
Fl-aħħar ta’ dan il-marċ l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lil għomja tittella fuq kolonna twila u artistika.
Il-Birgu magħruf għall-armar
tad-drapp
Il-festa ta’ San Lawrenz mcix magħruf biss għat-tqabbil u għal elementi uniċi fil-festa. Hi festa li ħafna dilettanti jmorru għaliha biex jammiraw il-pavaljuni tad-drapp, li din il-festa tant hi magħrufa għalihom.

