Sunday, August 2, 2026
Home Sport Waterpolo: Neptunes jikkonvinċu u jiksbu post fil-Finali tan-Knock-Out

Waterpolo: Neptunes jikkonvinċu u jiksbu post fil-Finali tan-Knock-Out

0
2
ritratt: Mark Mangion

NEPTUNES BEST GYMS…. 16

SLIEMA NEXAWIN…………. 9

(5-3, 6-1, 3-1, 2-4)

Neptunes ikkonviċnew bis-sħiħ u kisbu l-passaġġ għall-finali tan-Knock-Out fejn issa jinsabu pass ‘il bogħod li jirbħu dan l-unur għall-ewwel darba mill-2019 meta għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 16-9 fkonfrmt li dodianw għal ħinijiet twal, bi Sliema jwettqu reazzjoni tard wisq fil-partita fejn rebħu l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 4-2.

Dan filwaqt li Neptunes rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet bl-iskors rispettivi ta’ 5-3, 6-1 u 3-1.

Fil-finali se jkunu qed jaffrontaw lil San Ġiljan.

Għal Neptunes bħas-soltu spikka ferm il-captain Stevie Camilleri b’ħames goals, waqt li għal Sliema l-aqwa skorer kien Jayden Cutajar li rreġsitra hat-trick personali, fejn notevoli huwa l-fatt li t-Taljan Francesco di Fulvio naqas milli jsib ix-xibka.

Neptunes: M. Castillo, M. Lanzon (1), S. Gialanze (1), L. Mallia, J. Camilleri, J. Valletta (2), S. Camilleri (5), I. Nagaev (4), M. Galea, J. Bajada (1), M. Azzopardi, M. Zuvela (2), M. Rossi, A. Fava, H. Shramm

Sliema: B. Busuttil, F. Di Fulvio, L. Galea, J. Gambin (1), J. Cassar (1), B. Cachia, J. Cutajar (3), D. Rizzo, E. Schembri (1), J. Cachia (2), J. Chircop (1), D. Zammit, M. Bonello DuPuis, S. Engerer, S. Busuttil

Referees: Andrej Franulovic, Marco Piano

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here