Sunday, December 22, 2024

It-trakk kien qed iġorr mad-29,000 litru ta’ diesel… xi diesel wasal sal-baħar

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma li t-trakk li nqaleb fil-Marsa kien qiegħed iġorr mad-29,000 litru ta’ diesel. 

Fi stqarrija maħruġa minnhom ntqal li diversi sezzjonijiet fosthom dawk minn Kordin, Ħal Far u ta’ Hazmat intervjenew biex jikkonotrollaw is-sitwazzjoni. Intqal ukoll li sfortunatament il-firxa tant kienet kbira li d-diesel spiċċa wasal anke fil-baħar.

Intant id-Dipartiment irringrazzja lill-ambulanzi, lid-Dipartiment ta’ Clean Malta, Transport Malta, kif ukoll il-Pulizija li ħadmu kollha f’operazzjoni delikata li ħadet numru ta’ sigħat biex seta’ jiġi eliminat il-periklu.

Ekonomija

Sport