Monday, December 23, 2024

It-trasport tal-iskejjel se jibqa’ b’xejn

- Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima f’kummenti li għadda dalgħodu ċaħda b’mod kategoriku li hemm il-ħsieb li mis-sena skolastika l-ġdida t-trasport għall-istudeni se jsir bi ħlas.

Hu qal dan wara li lbieraħ fuq il-midja soċjali beda jdur post li jgħid li l-Gvern se jkun qiegħed jitolb ħlas lill-ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom l-iskejjel permezz tat-trasport pubblku.

Il-Ministru qal li bħalissa hawn aktar minn 33,000 student li qegħdin jibbenefikaw minn dan is-servizz b’xejn mill-Gverb. Qal li dan is-servizz se jibqa’ jingħata lil kull student li jattendi fl-liema skola jattendi.

Il-Ministru sostna li dan qed isir b’investiment ta’ €63 miljun.

Ekonomija

Sport