Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Minn dejjem kont involut fl-isport minn etá żgħira bħal ħafna subien kont involut fil-futbol, imma qatt ma kont committed. Ta’ 23 sena skoprejt il-Kick Boxing. Irrealizzajt li l-isport individwali hu l-isport ideali għalija u b’hekk ma ħaristx lura u għamilt seba’ snin. Wara mort fuq il-Cross fit għal diversi snin, fl-2018 bdejt naqdef bir-rota biex fl-2019 ħadt sehem għall-ewwel darba f’cycling tour mal- grupp Alive u għamilna 1000km ċikliżmu minn Oslo għal Amsterdam. Fl-2019 iddeċidejt li nidħol fid-dinja tat-triatlhon u minn dak iż-żmien ‘l hawn għadni għafdej fejn għamilt għaxar Half Ironmans, żewġ Full Ironman u jekk Alla jrid din is-sena l-pjan tiegħi hu li nagħmel Double Ironman.
Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fl-Ironman.
It-triathlon hu sport li għalih trid tkun commited ħafna u lili tani forma ġdida fil-personalitá tiegħi fejn komplejt nifforma aktar il-personalitá tiegħi, persuna dixxiplinata, u iktar organizzat. Ironman hi brand inkredibbli li bla ma tkun taf wara tbatija li tkun batejt tkun trid terġa’ tmur għal sfidi ġodda.
X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?
Suċċessi per se m’għandix peró li jien ta’ 45 sena qed nagħmel dan l-isport b’ħinjiet tajbin li fid-dinja tat- triathlon huma 0.1% mill-atleti li jagħmlu dan l-isport, 6% jispiċċaw it-tlielaq u 5% jagħmluha u jispiċċawha sub 5hrs u dan għalija huma tragwardi li jien ilħaqt.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Hawn potenzjial kbir u hawn atleti tajbin ħafna peró b’dispjaċir ngħid li m’hawnx sapport biżżejjed mill- awtoritajiet konċernati biex dan it-tip ta’ sport ikompli jikber f’pajjiżna.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrgu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
Bħala faċilitajiet tajbin. Il-problema li bir-rota għandna l-limitazzjonijiet minħabba l-ammont ta’ traffiku u minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
Qatt mhu ħa nħares lura u nixtieq li nkompli niskopri din id-dinja tant sabiħa li qed tlaqqagħni ma’ ħafna nies interessanti kemm f’Malta kif ukoll barra minn pajjiżna.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
Qatt mhu tard! Taqtgħux qalbkom u żgur li permezz tal-isport ħa titbiegħdu kemm mill-vizzji, tkunu b’saħħitkom kemm metalment kif ukoll fiżikament u fuq kollox nibqgħu nagħtu eżempju tajjeb lill-ġenerazzjoni ta’ warajna kif qed nagħmel jien mat-tfal tiegħi.