Andy Robertson żvela li Liverpool għaddew minn perjodu estremament diffiċli l-istaġun li għadda wara l-mewt traġika ta’ Diogo Jota u ħuh André Silva f’inċident tat-traffiku f’Lulju.
Robertson, li kien ħabib qrib ta’ Jota u dan is-sajf ħalla lil Liverpool wara disa’ snin biex ingħaqad ma’ Tottenham, qal li l-club kollu kien qalbu maqsuma u mifni bin-niket.
Il-captain tal-Iskozja ammetta li l-players tilfu parti mid-determinazzjoni tagħhom u li kien hemm mumenti fejn saħansitra staqsew x’sens kellu l-football meta kienu qed jaraw dak li kienet għaddejja minnu l-familja ta’ Jota.
Huwa qal li l-ġimgħa qabel il-mewt tiegħu kien attenda għat-tieġ ta’ Jota, u ddeskriva din bħala waħda mill-aktar esperjenzi diffiċli li qatt għadda minnhom.
Robertson qal ukoll li s-sitwazzjoni kienet partikolarment diffiċli għall-players ġodda, fosthom Alexander Isak u Florian Wirtz, li waslu fi club li kien għadu qed jibki t-telfa ta’ wieħed mill-players.
Liverpool bdew l-istaġun bħala champions iżda tilfu disa’ minn 12-il partita u spiċċaw fil-ħames post. Robertson żied jgħid li hu u Jota kellhom il-ħolma li jilagħbu fit-Tazza tad-Dinja, u l-familja ta’ Jota ħeġġitu jkompli jġorr din il-ħolma miegħu.




