Friday, December 20, 2024

It-triq fil-Marsa tinfetaħ biex jonqos l-inkonvenjent… illejla jitkompla x-xogħol

Aqra wkoll

Infrastructure Malta kkonfermat l-artiklu ppubblikat aktar kmieni minn dan is-sit b’rabta mal-għoti ta’ wiċċ ġdid parti mill-Moll tal-Ħatab u Triq Belt il-Ħażna, il-Marsa.

Dan se jkun qiegħed isir biex jitranġaw il-ħsarat tat-tixrid ta’ fjuwil fl-aċċident tat-trakk tal-fjuwil il-ġimgħa l-oħra.

L-aġenżija kkonfermat ukoll li dawk involuti fl-inċident qed iħallsu t-tiswijiet. Biex jitnaqqas l-inkonvenjent it-triq infetħet dagħlodu u x-xogħlijiet se jkomplu llejla u jitlestew s’għada filgħodu.

Ekonomija

Sport