Saturday, May 4, 2024

It-trofew tal-Eurovision jinbiegħ biex jinxtraw drones li jgħinu l-militar fl-Ukrajna

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-grupp Ukren Kalush Orchestra li rebaħ il-Eurovision ta’ din is-sena biegħ it-trofew għal kważi €900,000 biex jinġabru l-flus għall-gwerra fl-Ukrajna.

It-trofew, li kien forma ta’ microphone kollu kristalli ġie rkantat fuq Facebook bl-għan li jinxtraw drones biex jgħinu lill-militari fl-Ukrajna. 

Waqt li kien għaddej dan l-irkant, kien hemm ukoll il-grupp Ukren f’kunċert għall-karità fi Brandeburg Gate f’Berlin. Dan sar biex ikomplu jinġabru l-flus għall-kura medika u provvisti. Waqt dan il-kunċert tkellem Oleh Psiuk wieħed mill-membri ta’ dan il-grupp fejn appella lin-nies biex ma jidrawx il-gwerra daqslikieku issa saret xi ħaġa normali u fakkar li qed tħalli eluf ta’ nies mejta. Barra minn hekk aktar minn 14-il miljun persuna kellhom iħallu l-pajjiż. 

Il-preżentatur tat-televixin, Serhiy Prytula, ħabbar li bil-flus li nġabru minn dan it-trofew se jkunu qed jinxtraw tliet drones.

Sport