Wara li aktar kmieni dalgħodu l-Pulizija ħarġet bit-twissija ta’ riħ qawwi fuq il-paġna ta’ Facebook The Malta Police Force, ħafna kienu dawk li kkummentaw u xerrdu din it-twissija.
L-għan ewlieni kien li l-pubbliku jieħu ħsieb Evita bajjiet li fihom qiegħda tidher il-bandiera l-ħamra kif ukoll ħeġġet lill-għawwiema u lill-bugħaddasa biex jevitaw dawn il-bajjiet.
Intant fl-immaġini tat-twissija, tidher il-famuża azzjoni li fiha d-difensur Taljan Giorgio Chiellini jidher jiġbed lill-attakkant Ingliż Bukayo Saka waqt il-finali tal-Euro 2020.
Ċertament li din kienet l-aktar ħaġa li ġibdet l-attenzjoni u għalhekk bosta kienu dawk li faħħru l-moħħ wara dan għax irnexxielu jwassal l-messaġġ. Xhud ta’ dan huma l-ħafna reazzjonijiet li kien hemm għar-ritratt.
Intant xi partitarji Ingliżi xejn ma niżlitilhom tajjeb din il-ħaġa u lmentaw li b’affarijiet bħal dawn il-Pulizija mhijiex se tikseb il-fiduċja tal-pubbliku.