Monday, May 13, 2024

Itajru bil-karozza u s-sewwieq jaħrab minn fuq il-post

Żagħżugħ ta’ 17-il sena bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6.00pm ittajjar minn vettura fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara.

Fi stqarrija l-pulizija qalu li daħlilhom rapport li fi triq imsemmija kien hemm persuna li kellu xi ġrieħi.

Immedjatament il-Pulizija marru fuq il-post u rrizulta li l-vittma, żagħżugħ ta’ 17-il sena residenti l-Ħamrun, kien intlaqat minn karozza Toyota Tercel, bix-xufier jaħrab minn fuq il-post. Fl-inċident xi vetturi pparkjati ġarrbu xi ħsarat.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet intensivi tal-pulizija wasslu sabiex madwar siegħa wara nstabet l-karozza involuta u jiġi arrestat l-allegat xufier, żagħżugħ ta’ 18-il sena residenti n-Naxxar.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea LL.D li ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan il-każ għadhom għaddejjin biex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ.

Sport