Thursday, October 1, 2026
Home Sport Ivan Toney jiċħad li aggredixxa raġel f’night club f’Soho

Ivan Toney jiċħad li aggredixxa raġel f’night club f’Soho

0
63

L-attakkant Ingliż Ivan Toney wieġeb li mhux ħati għall-akkuża li aggredixxa lil Saber Da Silva f’nightclub f’Soho, Londra, fis-6 ta’ Diċembru.

Il-player ta’ 30 sena huwa akkużat li ta daqqa ta’ ras u daqqa ta’ ponn lil dan ir-raġel. 

Fil-Westminster Magistrates’ Court, Toney għażel li l-każ tiegħu jinstema’ quddiem il-Crown Court, quddiem imħallef u ġurija. Huwa ngħata l-ħelsien fuq garanzija mingħajr kundizzjonijiet sakemm jerġa’ jidher quddiem is-Southwark Crown Court fid-29 ta’ Ottubru.

 Toney lagħab 10 partiti mal-Ingilterra u kien fl-iskwadra li waslet sal-finali tal-Euro 2024. Bħalissa huwa jilgħab ma’ Al-Ahli fl-Arabja Sawdija.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here