Saturday, November 9, 2024

Iweġġa’ gravi wara li baqa’ dieħel f’ħajt bl-e-kick scooter f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Żagħżugħ sofra ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li Serb ta’ 20 sena kien qiegħed isuq e-kick scooter meta tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet liż-żagħżugħ lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Sport