Saturday, May 18, 2024

Il-Bangladesh inaqqas il-ħinijiet tal-iskejjel u tal-uffiċċju biex jiffranka l-enerġija

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Bangladesh se tagħlaq l-iskejjel għal ġurnata oħra fil-ġimgħa u jnaqqas il-ħinijiet tal-uffiċċju biex itaffi n-nuqqas ta’ elettriku. 

Ix-xahar li għadda, dan in-nazzjon fin-naħa ta’ Isfel tal-Ażja beda jaqta’ d-dawl għal sagħtejn kuljum.

Il-gwerra fl-Ukrajna żiedet l-ispiża tal-importazzjoni tal-fjuwil u dan affettwa sew l-ekonomija tal-Bangladesh u r-riservi f’munita barranija. 

Matul il-jum tat-Tnejn, is-Segretarju tal-Kabinett tal-Bangladesh Khandker Annwarul Islam qal li l-iskejjel, li qabel kienu jingħalqu biss nhar ta’ Ġimgħa, issa mhux se jiftħu wkoll matul il-jum tas-Sibt.

Taħt ċirkostanzi normali, l-iskejjel fil-Bangladesh huma miftuħa għal sitt ijiem fil-ġimgħa – it-Tnejn, it-Tlieta, l-Erbgħa, il-Ħamis, is-Sibt u l-Ħadd. 

Sadanittant, uffiċċji tal-Gvern u l-banek se jkunu qegħdi jiftħu għal seba’ sigħat minflok tmienja kuljum. Madakollu, l-uffiċċji privati se jitħallew jistabbilixxu l-ħinijiet operattivi tagħhom huma stess.

Intqal ukoll li l-Gvern tal-pajjiż se jkompli jipprovdi l-enerġija fl-irħula, inkluż fis-sigħat bikirn ta’ filgħodu meta jissaqqew l-uċuħ tar-raba’. Ħafna partijiet tal-Bangladesh huma magħrufa li jkunu mingħajr elettriku għal aktar minn sagħtejn kuljum. 

Sport