Saturday, May 4, 2024

Iweġġa’ gravi wara li jaqa’ bil-mutur fi Triq is-Salini

Aqra wkoll

Raġel ta’ 57 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-limiti tan-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 a.m. fi Triq is-Salini.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Kawasaki li kien qed isuq u waqa’.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna, bir-raġel jittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

Sport