Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-12:15 p.m kien involut f’inċident fi Triq Dawret it-Tunnara, il-Mellieħa.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li ħaddiem mill-Mali ta’ 28 sena kien qabad idu fil-makkinarju waqt li kien qiegħed iħaddem scammell.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku fil-post sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.